Poeżiji ta’ Julianne Marie Vella mill-Iskola St Joseph, Tas-Sliema

Il-Belt Valletta

Il-Belt Valletta
Il-belt kapitali,
Knejjes u katidrali,
Il-Bank Ċentrali,
Togħġbok bħali?

Funtani u monumenti,
Belt dominanti,
Mżejna bl-arti,
Tagħna d-djamanti.

Il-Parlament u l-Qorti,
Il-Knisja tal-Griegi,
Il-Bereġ u l-Monti,
Sant’Iermu l-Forti.

Palazzi u mużewijiet,
Żewġ portijiet,
Il-fortifikazzjonijiet,
Xhieda taż-żminijiet.

Maħbubha minn kulħadd,
Il-Kavallieri bnewha,
Kwieta nhar ta’ Ħadd,
Ħafna gawdewha.

Wirt storiku dinji,
Ħaqqha kull tifħir,
Bil-ġonna u t-teatri,
Tagħna teżor kbir.

Għawdex

Iż-Żebbug, ix-Xagħra u n-Nadur,
Marsalforn u s-Salvatur,
Ta’ sikwit inżur,
Fil-vaganzi żgur,
Immur bil-vapur.

Gżira żgħira,
Iċ-Ċittadella kbira,
Fiha x’tammira,
Għawdxija l-ftira,
Ta’ Kalipso l-gżira.

Tal-Ġgantija l-għeġubijiet,
Misteri u mistoqsijiet,
Mnissġa fiż-żminijiet,
It-tliet għoljiet,
Bizzilla, ħasira u moħriet.

Kburin l-Għawdxin,
Iħobbuha l-Maltin,
Igawduha l-barranin,
F’jiem xitwin,
F’dawk sajfin.

Kwieta u ħelwa,
Bil-kuluri u l-fwieħa,
Lilha nħobbha,
Mit-tfulija sax-xjuħija,
Sabiħa bħall-poeżija.

Il-furbani tal-passat,
Minn tieqa ġol-blat,
Fil-Mediterran raw djamant,
Fix-xita u fir-ragħad,
Ġenna tal-art.

Il-Ħin

Tikk Tokk Tikk Tokk

Iwassalna fil-futur,
L-arloġġ dejjem idur,
Hu mkien ma jmur.

Tikk Tokk Tikk Tokk

Jgħaddi għal kulħadd,
Ma jistenna lil ħadd,
Mit-Tnejn sal-Ħadd.

Tikk Tokk Tikk Tokk

L-idejn il-minutieri,
Arloġġi fil-kampnari,
Issa dawk diġitali.

Tikk Tokk Tikk Tokk

Fil-ħemda tal-lejl,
Tisma’ biss,
Il-ħin għaddej.

Tikk Tokk Tikk Tokk

Il-Kompjuter

Il-ġenituri jużawh ix-xogħol
Jiena u oħti nużawh ukoll,
Kultant nilagħbu logħba
U naqraw xi storja.

Tajjeb biex nikkomunikaw
U xi bolla niffrankaw,
Neħduh kullimkien
U nqattgħu l-ħin flimkien.

Żgħira d-dinja
Jgħaqqad il-familja
Niffrankaw il-ħin
Bla ma jagħmilna għażżenin.

Parti minn ħajjitna
Niċċaqalqu għal saħħitna,
Infittxu l-informazzjoni
Nużaw l-imaġinazzjoni.

Il-kompjuter importanti
Jagħmel il-ħajja interessanti,
Li tkun taf sabiħ
Nibżgħu ghalih.

Niġbru fuqu t-tifrikiet
Bħal xi mawra man-nanniet,
Nieħdu xi ritratti
Daqqa ċari u daqqa matti.

Il-kompjuter għandu l-memorja
Jirrakkontalna xi storja,
Jew jaqralna xi poezija
Bih tassew kburija.

Il-kompjuter magna
Ġieli jħoss is-sħana
Issibu fid-dar magħna
Kif ukoll issibu l-iskola tagħna.

Jitkellem jisma’ u jaqra
Jaf jaħseb jirraġuna
Intelliġenza artifiċjali
Għalija sabiħa u speċjali.

Biż-żero u bil-wieħed
Għaqqad bla ma fired
Xejn ma baqa’ kif kien !!!

Ir-Rebbiegħa

L-istagun favorit tiegħi,
Għeluq snini fir-rebbiegħa,
Kulħadd jifraħ miegħi,
Nieħu gost biha.

Xemx u kuluri,
Tan-natura xbieha,
Jiftħu l-fjuri,
Nara l-ħajja fiha.

Tintemm in-nagħsa,
Jqumu l-annimali,
Il-fjura tgħolli rasha,
Jorħos il-qarabagħli.

Żmien qaddis,
Ta’ talb u tifħir,
Id-Duluri bin-narċis,
Jasal l-Għid il-Kbir.

Joqorbu l-eżamijiet,
Immur sal-bajja,
Nderri mill-ħsibijiet,
Nieħu l-ħajja.

Bla kowt u barnuża,
Tiġini l-muża,
Ir-raħħal fir-razzett,
Niggosta l-farfett.

L-Għalliema tas-Sitt Sena

L-għalliema tiegħi Ms Bernadette,
Sabiħa bħall-farfett,
Tistinka favur l-ambjent,
Għaliha quddiem nett.

Għalliema għaqlija,
Bieżla u ferriħija,
Iżżomm id-dixxiplina,
Flimkien taf tmexxina.

Sabiħa minn barra,
Kif ukoll minn gewwa,
Jitbissmu għajnejha,
Meta nharsu lejha.

Magħna tlaħħaq kollha,
Bi tbissima fuq fommha,
Pulita u edukata,
Eżatta u ddedikata.

Lili tafni sewwa,
Għalliema tassew brava,
It-tieni familja tagħha,
Kuntenti ħafna magħha.

L-ambjent tħobbu tassew,
L-affarijiet kollha jiswew,
Tħeġġiġna nirriċiklaw,
Kollox napprezzaw.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.