Dan is-sit hu sors ta’ riżorsi għall-istudenti u l-għalliema tal-Malti fl-iskejjel tas-sekondarja. L-istudenti jistgħu jsibu noti, preżentazzjonijiet, mapep, filmati, tislibiet, karti tat-taħriġ u ħoloq għal siti oħra marbutin mal-Malti u awturi Maltin.
L-għalliema huma kontributuri f’dan is-sit. L-informazzjoni dettaljata dwar is-sillabi huma ta’ għajnuna kbira, kif ukoll dwar l-assessjar kontinwu, gwida fuq il-karti tal-eżamijiet, is-sillabu taċ-ĊES il-ġdid u kriterji ta’ suċċess.
Is-sit qiegħed fi proċess kontinwu ta’ evoluzzjoni. Jekk int għalliem/a jew student/a u għandek materjal li tixtieq tippubblikah hawnhekk, ikkuntattjana. Waħdek ma tistax tagħmel kollox imma flimkien nistgħu nkomplu nkabbru din il-banka ta’ riżorsi diġitali u tiggwadanja int, l-għalliema u l-istudenti kollha.
Claire Zerafa Ann Marie Schembri
claire.zerafa@maltadiocese.org ann.marie.schembri@maltadiocese.org
Il-Kapijiet tad-Dipartiment tal-Malti
Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika
