Fit-Tielet Sena tas-Sekondarja jsir il-proġett tal-qari. L-għan ta’ dan il-proġett hu li l-istudenti jaqraw, jieħdu gost jaqraw, jaqraw ktieb bil-Malti u jitkellmu dwaru ma’ sħabhom tal-klassi. B’hekk l-istudenti l-oħra, apparti li jkunu qraw il-ktieb li jkunu għażlu, isiru jafu b’kotba oħra bil-Malti u jitħajru jaqrawhom.
Jekk qrajt ktieb bil-Malti u ktibt dwaru, jew għamilt xi preżentazzjoni dwaru fil-klassi, tista’ tibgħat ir-riċensjoni tiegħek u ntellgħuha f’ismek f’din il-paġna. Tibżax turi x-xogħol tiegħek, aħna lesti ngħinuk biex tippreżenta l-aqwa verżjoni tax-xogħol tiegħek.
Tixtieq taqra u ma tafx liema ktieb se taqbad? Tinkwetax, agħfas hawn u tieħu idea tajba ta’ x’kotba hawn fis-suq.
Aqra dwar:
Bella Berger ta’ Rita Saliba
Is-Surmast ta’ Trevor Żahra
Sfidi ta’ Trevor Żahra
Il-Prinċep u t-Trogloditi ta’ Charles Casha
Gramma ta’ Leanne Ellul