Kisbiet mis-sillabu taċ-ĊES li jridu jsiru matul il-Ħdax-il Sena
It-Taħdit
K1: Nuża l-lingwa biex inwassal l-informazzjoni.
K2: Nitkellem b’korrettezza u preċiżjoni skont il-kuntest u l-udjenza.
Is-Smigħ
K3: Nisma’ test jew testi għal fehim fuq suġġetti, f’kuntesti jew sitwazzjonijiet differenti.
Il-Qari
K6: Nagħraf il-funzjoni tat-test moqri skont l-iskop u l-udjenza li għalih inkiteb.
Il-Kitba
K8: Ninqeda bil-kitba biex nilħaq funzjonijiet komunikattivi varji.
K9: Inħaddem Malti tajjeb biex nikteb ġeneri differenti għal udjenza u bi skopijiet differenti.
Il-Metalingwa
K10: Inħaddem kategoriji grammatikali biex ninqeda sew bil-lingwa miktuba.
Il-Letteratura
K11: Nidentifika ġeneri differenti letterarji.
K12: Napprezza l-funzjoni tat-tema/i f’testi letterarji.
K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.
K14: Nanalizza l-elementi stilistiċi li jsawru testi letterarji.
K15: Napprezza l-poeżiji tal-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila.