Ninu Cremona

NinuCremonaNinu Cremona (Rabat, Għawdex, 27 ta’ Mejju 1880 – 4 ta’ Jannar 1972) kien lingwista u kittieb.

Ninu Cremona, magħruf bħala Is-Sur Nin, kien bin Feliċ u Margaret Pace imwielda fil-Munxar, Għawdex. Missieru miet meta Ninu kellu tliet snin u sentejn wara mar jgħix ma’ zijuh f’Tuneż u ħa l-edukazzjoni tiegħu fi iskola tal-Freres u wara fil-kulleġġ Saint-Charles. Meta kellu 8 snin ġie lura Malta u mar is-Seminarju ta’ Għawdex u tal-Furjana, fejn hemmhekk sar jaf lil Dun Karm.

Fl-1900, Cremona daħal skrivan mal-Gvern u fl-1904 sar Spettur tas-Sanità wara kors fl-Ashton School of Hygene fl-Università ta’ Liverpool. Fl-1928 sar l-editur risponsabbli għat-traduzzjonijiet u pubblikazzjonijiet kollha tal-Gvern. Cremona kien jgħallem il-Malti fil-klassijiet ta’ filgħaxija u fl-1936 kien l-ewwel għalliem tal-Malti fil-Liċeo. Kien ukoll eżaminatur tal-Malti fl-Università.

Cremona kien wieħed mill-Fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti. Kien Viċi-President tagħha u wieħed mill-edituri ta’ Il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda. L-ikbar sehem tiegħu b’riżq il-Malti kien fit-tfassil tal-ortografija Maltija – li fiha għenu Ġanni Vassallo, bil-ktieb Tagħrif fuq il-Kitba Maltija li ħarġu fl-1924.

Advertisements

Ħalli messaġġ

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s