Il-Kavallier ta’ San Ġakbu f’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti qiegħed jistieden lill-istudenti tas-sekondarja tat-Tieni Sena (Form 2) għal attività divertenti u mimlija tagħrif dwar elementi kulturali Maltin. Din l-attività għandha żewġ taqsimiet:
- L-ewwel taqsima: Taħdita minn Ruben Zahra dwar l-istrumenti tradizzjonali Maltin. Din it-taħdita tinkludi wirja tal-istrumenti kif ukoll filmati dwar it-tradizzjoni mużikali Maltija.
- It-tieni taqsima: Ħrejjef – filmat 3D ta’ animazzjoni diġitali ta’ erba’ ħrejjef Maltin.
Dan il-proġett se jsir bejn it-23 ta’ Frar u t-13 ta’ Marzu 2015. L-attività b’kollox tieħu siegħa u kwart: bejn id-9:30 u l-10:45. Il-prezz huwa ta’ €5 u ma tinkludix it-trasport li jrid jiġi organizzat direttament mill-iskola.
Din l-attività se ssir fiċ-ċinema tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, li b’kollox tesa’ 105 persuni. L-ispazju huwa limitat u nħeġġukom tinkitbu minnufih.
L-għalliema u l-LSAs li jattendu flimkien mal-istudenti jidħlu mingħajr ħlas. Għal tagħrif ieħor ikkuntattjaw lil:
Amanda Palmier Koordinatriċi tal-Programmi tal-Iskejjel Il-Kavallier ta’ San Ġakbu, Iċ-Ċentru tal-Kreattività, Il-Belt VLT 1060. Tel (356) 2122 3200 Fax (356) 2122 3218 Indirizz elettroniku: schoolprogrammes@sjcav.org