Data: Il-Ġimgħa, 11 ta’ Mejju 2012
Post: Ir-Refittorju tal-Kurja, il-Furjana
Ħin: 8.30am – 1pm
Kelliema: Dr Marco Galea u Prof. Charles Briffa


Waħda mill-bidliet fis-sillabu l-ġdid taċ-ĊES (2014) hi l-letteratura. F’din il-laqgħa l-għalliema se jkollhom il-ħin jiddiskutu u jifhmu aktar it-tieni karta tal-eżami.
Fl-ewwel parti tal-laqgħa Dr Marco Galea se jitkellem fuq ir-rumanzett “Il-Ħarsa ta’ Rużann”. Hu se jagħti ħarsa lejn in-nisġa, it-teknika u l-kuntest storiku u soċjali tar-rumanz.
Min-naħa l-oħra, fit-tieni parti, il-Prof. Charles Briffa se jagħmel introduzzjoni qasira fuq il-karta tal-eżami tal-letteratura. Wara se jirrispondi l-mistoqsijiet tal-għalliema. Dawn se jsiru b’mod sistematiku skont il-partijiet tal-karta, jiġifieri (a) mistoqsijiet fuq ir-referenza għall-kuntest (b) mistoqsijiet fuq l-esejs letterarji, (ċ) fuq l-antoloġija (mingħajr ir-rumanzett), (d) fuq ir-rumanzett, (e) mistoqsijiet ġenerali oħra.
Din il-laqgħa għandha sservi ta’ għajnuna għall-għalliema kollha li qed iħejju lill-istudenti għall-eżami taċ-ĊES. Inħeġġukom tattendu.
Fuq talba tal-għalliema li attendew bi ħġarhom għall-ewwel sessjoni (27/4/12), l-Akkademja tal-Malti u l-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti David Agius Muscat, George Mifsud u David Muscat, bil-kollaborazzjoni tal-Kapijiet tad-Dipartiment tal-Malti tal-Iskejjel tal-Knisja Phyllis Debono u Claire Zerafa, se jorganizzaw sessjoni oħra fuq l-ortografija tal-Malti. Din se ssir fit-18 ta’ Mejju 2012, mill-5.30pm sas-7.00pm fiċ-Ċentru tal-Kurrikulu, Triq Sarria, il-Furjana, u se titmexxa mis-Sur Carmel Azzopardi.
Il-Ġimgħa, 20 ta’ April 2012