Laqgħa oħra fuq l-eżami tal-letteratura (ĊES 2014)

Data: Il-Ġimgħa, 11 ta’ Mejju 2012

Post: Ir-Refittorju tal-Kurja, il-Furjana

Ħin: 8.30am – 1pm

Kelliema: Dr Marco Galea u Prof. Charles Briffa

Waħda mill-bidliet fis-sillabu l-ġdid taċ-ĊES (2014) hi l-letteratura. F’din il-laqgħa l-għalliema se jkollhom il-ħin jiddiskutu u jifhmu aktar it-tieni karta tal-eżami.

Fl-ewwel parti tal-laqgħa Dr Marco Galea se jitkellem fuq ir-rumanzett “Il-Ħarsa ta’ Rużann”. Hu se jagħti ħarsa lejn in-nisġa, it-teknika u l-kuntest storiku u soċjali tar-rumanz.

Min-naħa l-oħra, fit-tieni parti, il-Prof. Charles Briffa se jagħmel introduzzjoni qasira fuq il-karta tal-eżami tal-letteratura. Wara se jirrispondi l-mistoqsijiet tal-għalliema. Dawn se jsiru b’mod sistematiku skont il-partijiet tal-karta, jiġifieri (a) mistoqsijiet fuq ir-referenza għall-kuntest (b) mistoqsijiet fuq l-esejs letterarji, (ċ) fuq l-antoloġija  (mingħajr ir-rumanzett), (d) fuq ir-rumanzett, (e) mistoqsijiet ġenerali oħra.

Din il-laqgħa għandha sservi ta’ għajnuna għall-għalliema kollha li qed iħejju lill-istudenti għall-eżami taċ-ĊES. Inħeġġukom tattendu.

This entry was posted in Kuntatt mal-għalliema. Bookmark the permalink.