Meta: Il-Ġimgħa, 20 ta’ April 2012
Ħin u post: Fil-5.30pm, il-Kurja
Kelliem: Dr Adrian Grima
Il-parti dwar il-letteratura tas-sillabu l-ġdid tal-Malti fil-livell taċ-ĊES, tiffoka fuq kif tinkiteb il-letteratura, aktar milli fuq it-tema li tittratta l-poeżija.
L-isfida ewlenija ta’ dan il-format il-ġdid tal-eżami tinsab fil-komponiment letterarju ġenerali. F’dan il-komponiment, il-kandidati jridu juru li huma kapaċi jiktbu dwar kif il-poeżiji u n-novelli li studjaw jużaw l-għodod letterarji b’mod effettiv biex iqanqlu l-ħsieb u l-emozzjonijiet tal-qarrejja.
Il-MATSEC qed joffri 2 strumenti li jiggwidaw lill-istudenti u lill-għalliema fil-kitba tal-komponiment letterarju ġenerali:
1) lista ta’ termini letterarji li l-istudenti jridu jkunu kapaċi jużaw
2) karta mudell bi tliet mistoqsijiet għal kull livell (It-Tieni Karta A u B) fit-Tielet Taqsima u l-Komponimenti Letterarji fuq l-antoloġija (minbarra r-rumanzett Il-Ħarsa ta’ Rużann).
Fid-dawl ta’ dan it-tibdil fundamentali, minn eżami li jiffoka fuq it-tema għal eżami fuq kif tinkiteb il-letteratura, Dr Adrian Grima se jmexxi sessjoni interattiva dwar l-esperjenza tal-qari u l-ħila li mistennija jkollhom l-istudenti fl-analiżi tal-letteratura.
Narawkom!