Mir-rapport tal-eżaminaturi taċ-ĊES ta’ Mejju 2016:
“Xi wħud mill-kandidati użaw format ħażin, speċjalment dawk li nqdew bil-format tal-ittra jew tal-email, jew li kitbu avviż jew reklam. Oħrajn naqsu li jagħtu d-dettalji u l-fatti tal-attività kif kien mitlub minnhom. Kien hemm xi wħud li ma ħaddmux il-punteġġjatura – ġieli f’rapport sħiħ ma ssibx full stop waħda jew ma jintużawx l-ittri kapitali. Oħrajn l-ideat differenti li semmew ma qassmuhomx f’paragrafi. Barra minn hekk, uħud ma fehmux x’kien mistenni minnhom u ħarġu barra mis-suġġett. Kien hemm ukoll min ma tax titlu xieraq lir-rapport.”