L-għalliema tal-Malti fl-iskejjel tal-Knisja se jkunu rrappreżentati fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

1 ta’ Frar 2017

 SODISFATTI BL-EMENDI L-ĠODDA GĦAL-LIĠI TAL-MALTI – IS-SITT GĦAQDIET TAL-MALTI

Aħna l-entitajiet tal-Malti sodisfatti li l-emendi l-ġodda li ġew approvati unanimament fil-Parlament inkitbu wara laqgħa twila li l-Ministru tal-Edukazzjoni organizza mal-għaqdiet matul il-btajjel tal-Milied. Aħna konvinti li l-emendi kif approvati se jsaħħu l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti għax jiżguraw rappreżentanza akbar, konsultazzjoni wiesgħa u implimentazzjoni effikaċi. Napprezzaw ukoll li l-Ministru Bartolo kien dispost isaħħaħ il-pożizzjoni tal-akkademiċi fil-Kunsill Nazzjonali.

Skont l-emendi l-ġodda, il-Kunsill Nazzjonali se jikber minn 11-il membru għal 15. Barra ż-żidiet imħabbra fil-Parlament fix-xhur li għaddew, issa se jkun hemm ukoll rappreżentanti taċ-Ċivil, tal-għalliema tal-iskejjel tal-Knisja u l-iskejjel indipendenti, tal-Fakultà tal-Edukazzjoni, u tat-tradutturi tal-UE.

Huwa wkoll sodisfazzjon għalina li dawn l-emendi tal-Gvern qed isiru bi qbil mal-Oppożizzjoni, li ssekondathom. Ħadna gost nisimgħu l-apprezzament tal-Oppożizzjoni għax-xogħol siewi tal-Kunsill Nazzjonali u dan jawgura tajjeb biex il-Kunsill il-ġdid jaqbad ix-xogħol li għandu quddiemu biex ikompli jkabbar ir-riżorsi tal-Malti, fosthom iċ-ċekkjatur (spellchecker), u jkompli jagħti viżibbiltà akbar lill-Malti fil-postijiet pubbliċi.

Dr Bernard Micallef
Id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta

Clare Azzopardi
Id-Dipartiment tal-Malti tal-Junior College

Dr Albert Gatt
L-Istitut tal-Lingwistika fl-Università

Leanne Ellul
L-Għaqda tal-Malti – Università

Karl Scicluna
L-Għaqda tal-Qarrejja tal-Provi

Dr Olvin Vella
L-Akkademja tal-Malti

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Ħalli messaġġ

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.