Malti ĊES – Referenzi fil-Letteratura
F’eżami tal-letteratura r-referenzi għat-testi studjati huma essenzjali. Kif isiru r-referenzi titħalla f’idejn il-kandidati, skont l-iżvilupp tal-esej letterarju li jkunu qegħdin jinsġu. Referenza tista’ tkun kwotazzjoni diretta mit-test biex issaħħaħ xi argument jew tkun referenza fi kliem il-kandidat li wkoll tista’ ssaħħaħ argument jew telabora fuqu. Imma dawn ir-referenzi qatt ma għandhom jintużaw minflok l-argumenti kritiċi/analitiċi. Għandhom juru li l-kandidat jaf japplika l-argument tiegħu għall-partijiet tat-test magħżul.
Grazzi u saħħiet,
Carole Sammut
PSAO (Arts and Languages)
Dario Pirotta
Director