Statistika tas-sit
- 1,679,622 żjara
Niktbu Malti Aġġornat
ĦOLOQ
Edukaturi Kontributuri
Maria Abela
Claudia Agius
Claudette Aquilina
Keith Attard
Kit Azzopardi
Dorianne Bartolo
Anne Marie Bonnici
Oriana Bonnici
Audrey Borg
Donna Borg
Marilyn Borg
Sephora Borg
Steven Borg
MaryAnn Bugeja
Mauro Camilleri
Saoirse Casha
Doreen Coleiro
Phyllis Debono
Elizabeth Dimech Ghirxi
Charlene Ellul
Janine Ellul
Leanne Ellul
Sarah Ellul
Stefano Farrugia
Marquita Galea
Paul Galea
Wilma Galea
Marisa Gatt
Francesco Grech
Carlston Grima
Ramona Magro
Marica Micallef
Sharon Micallef Cann
Carmen Mifsud
Lilian Mizzi
Brandon Muscat Dougall
Bertram Portelli
Deborah Pullicino
Victor Said
Victoria Saliba Xuereb
Maris Sant
Rachel Saydon
Ann Marie Schembri
Sharon Scerri
Romario Sciberras
Kurt Slattery
Oriana Spiteri
Marienza Spiteri
Amanda Tanti
Elena Tanti Gregoraci
Jacqueline Tonna
Clint Xuereb
Nevisse Zammit Micallef
Claire ZerafaIl-Kurrikulu
Siti ta’ awturi Maltin
-

Il-karta tal-eżami
(għall-għalliema)
It-tfassil
Il-validità u l-kredibilità
Iċ-ċekkjatura biex tgħinek
. . . fit-tfassil tal-karta tal-eżami
Evalwazzjoni u suġġerimenti
Il-Karti tal-Eżamijiet tal-Ħames Sena
Il-Karti tal-Eżamijiet tar-Raba' Sena
Il-Karti tal-Eżamijiet tat-Tielet Sena
Il-Karti tal-Eżamijiet tat-Tieni Sena
Il-Karti tal-Eżamijiet tal-Ewwel SenaNiżżel dawn
Isma’ lil Dr Adrian Grima jitkellem dwar il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta
Posted in Uncategorized
Leave a comment
Forti Sant’Iermu, Il-Belt Valletta, fit-8pm
Programm tal-Festival
Il-Ħamis 27 ta’ Awwissu / Thursday 27th August
- Film, Reel Festivals, ippreżentat minn Caldon Mercieca
- Efe Duyan (it-Turkija)
- Nadia Mifsud (Malta)
- James Vella (ir-Renju Unit/Malta)
- Tamim Barghouthi (il-Palestina), qari u intervista minn Walid Nabhan
Mużika: Brodu
Il-Ġimgħa 28 ta’ Aww. / Friday 28th Aug.
- Film, Reel Festivals, ippreżentat minn Caldon Mercieca
- Moez Majed (it-Tuneżija)
- Trevor Żahra (Malta)
- Jana Putrle Srdić (is-Slovenja)
- Hisham Matar (il-Libja/ir-Renju Unit), qari u intervista minn Albert Gatt
Mużika: Nadine Axisa
Saturday 29th Aug. / Is-Sibt 29 ta’ Aww.
- John Bonello (Malta)
- Film ta’ poeżija ta’ Mario Azzopardi, ikkummissjonat mill-Fondazzjoni Valletta 2018
- Norbert Bugeja (Malta)
- Marina Warner (ir-Renju Unit), qari u intervista minn Gloria Lauri-Lucente
Mużika: Oliver Degabriele feat. Joe Debono & Joseph Camilleri
Posted in Uncategorized
Leave a comment
Il-Klabb Letterarju tal-Iskola Santa Monica, Birkirkara
Is-Siwi tal-Letteratura, kitba ta’ Sa Oriana Spiteri
Mis-suġġetti kollha, l-istudju tal-letteratura dejjem qanqal il-mistoqsija tal-għaliex miċ-ċokon aħna nistudjaw il-letteratura. Hi sewwasew il-kelma ‘nistudjaw’ li tħawwadna għax ngħid għalija nħoss li l-letteratura hi qabelxejn esperjenza ħajja.
Bħala għalliema tal-letteratura Maltija, dejjem infittex li nagħti lill-istudenti tagħlima li tmur lil hinn mill-eżami miktub. Dan għaliex nemmen li l-letteratura tgħallem dwar il-ħajja mingħajr ma timponi, tħaffer fil-fond tal-umanità biex tiskopri l-ġdid filwaqt li ma titbiegħed qatt minn dak li kien minn dejjem. Il-letteratura tlaqqagħna ma’ dinjiet ġodda ta’ esperjenza filwaqt li tqanqal mistoqsijiet dwar il-ħajja nnifisha.
Għalhekk is-siwi tal-letteratura fil-klassi hu akbar minn dak li wieħed jimmaġina. L-ewwel nett letteratura ta’ pajjiż żgħir bħal Malta tagħti lill-istudenti xhieda ta’ identità nazzjonali. It-tieni nett il-letteratura hi t-tisrif tal-ħajja fi kliem u b’hekk l-esperjenza ta’ kittieb tista’ tkun l-esperjenza tagħna tal-bieraħ, tal-lum jew ta’ għada. B’hekk il-letteratura tlaqqagħna magħna nfusna u tisboq kull żmien. Barra minn hekk, permezz tal-letteratura l-istudenti jistgħu jifhmu kwadru usa’ ta’ suġġetti differenti bħalma huma l-arti, il-ħiliet komunikattivi, il-filosofija, ir-reliġjon, l-istudji soċjali, il-ġeografija u x-xjenzi fost l-oħrajn.
Però l-akbar siwi li nara fit-tagħlim tal-letteratura hu li l-istudenti jitgħallmu jaħsbu aktar. Il-letteratura tisfida l-ħsieb speċjalment bil-lingwa figurattiva. Din tal-aħħar, b’mod speċjali permezz tal-metafora, tgħin l-iżvilupp tal-ħsieb għax tagħti dawl ġdid, tfehimna rabta li tolqotna sewwasew għax tkun l-ewwel darba li ltqajna magħha.
Jekk wieħed jorbot il-letteratura mal-karta tal-eżami biss, ikun qed jitlef minjiera ta’ tagħlim. U hawn fejn jidħol il-klabb letterarju tal-Iskola Santa Monica. Il-ħsieb warajh kien li joffri opportunità ta’ kreattività u tagħlim għal dawk l-istudenti li jieħdu gost jiktbu u jiskopru l-kitbiet ta’ oħrajn. L-għanijiet ewlenin tal-klabb kienu biex l-istudenti:
• Itejbu l-ħiliet komunikattivi tagħhom.
• Jesponu t-talenti tagħhom u fl-istess waqt japprezzaw it-talent ta’ ħaddieħor.
• Jitgħallmu f’ambjent ta’ gost u parteċipazzjoni.
• Jitħarrġu aktar fit-taħdit fil-pubbliku.
• Jitħarrġu f’ġeneri differenti ta’ kitba.
• Jiltaqgħu ma’ awturi differenti.
• Jiddiskutu xogħlijiet varji li jolqtu lilhom.
• Jagħrfu l-kitba bħala forma ta’ espressjoni artistika.
• Jagħrfu s-siwi tal-letteratura.
Dawn l-għanijiet intlaħqu permezz ta’ attivitajiet varji li inkludew:
• Apprezzament ta’ kitbiet tal-istudenti stess.
• Diskussjoni fuq siltiet varji.
• Ħarsa lejn xogħlijiet letterarji kontemporanji.
• Distinzjoni bejn il-ġeneri tal-kitba.
• Kompetizzjonijiet tal-kitba.
• Diskussjoni fuq realtajiet ġodda: (eż: l-ebooks u l-kotba tradizzjonali; siti letterarji Maltin eċċ.)
• Awturi Maltin.
• Taħriġ fis-sengħa tal-kitba.
• Reċensjoni ta’ ktieb.
Ikolli ngħid li l-esperjenza tiegħi fi ħdan il-klabb letterarju kienet ukoll waħda li għanietni bħala għalliema. Għalija l-letteratura hi rivelazzjoni ġdida però nistqarr li lil hinn minn dan, l-istudenti tagħna u l-entużjażmu tagħhom kienu l-akbar rivelazzjoni. B’hekk se nagħlaq bi wħud mill-ħajki li kitbu xi studenti waqt waħda mil-laqgħat tal-klabb. Nistidinkom tkunu miftuħin għal interpretazzjoni wiesgħa sabiex anki l-letteratura ta’ dawn iż-żgħażagħ tkun esperjenza għalina lkoll.
Kull individwu
għandu personalità
eżami wieħed.
Kelly Scerri De Carlo
Il-pjanu antik
li hemm fid-dar tan-nanna
melodiji sbieħ.
Michela Agius
Il-baħar kien kalm.
Meta jien mort quddiemu
qamet tempesta.
Michela Faye Bugeja
Fil-ħemda tal-lejl,
il-kokka attenta tkun.
Hi seqer fuqek.
Hayley Asciak
L-imħabba qisha
żewġt ifriefet itiru.
Dejjem magħqudin.
Nicole Borg
Posted in Uncategorized
Leave a comment
