Komunikazzjoni mill-uffiċċju tal-Matsec dwar il-kwotazzjonijiet fl-eżami tal-letteratura

Malti ĊES – Referenzi fil-Letteratura
F’eżami tal-letteratura r-referenzi għat-testi studjati huma essenzjali. Kif isiru r-referenzi titħalla f’idejn il-kandidati, skont l-iżvilupp tal-esej letterarju li jkunu qegħdin jinsġu. Referenza tista’ tkun kwotazzjoni diretta mit-test biex issaħħaħ xi argument jew tkun referenza fi kliem il-kandidat li wkoll tista’ ssaħħaħ argument jew telabora fuqu. Imma dawn ir-referenzi qatt ma għandhom jintużaw minflok l-argumenti kritiċi/analitiċi. Għandhom juru li l-kandidat jaf japplika l-argument tiegħu għall-partijiet tat-test magħżul.

Grazzi u saħħiet,

Carole Sammut
PSAO (Arts and Languages)

Dario Pirotta
Director

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Il-ħila tal-editjar – gwida ta’ Leanne Ellul

Aqra kif tista’ ttejjeb il-kitba tiegħek

.

Din il-gwida se tibqa’ tidher fit-taqsima “Il-Kitba”.

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Ir-Rapport mill-MATSEC dwar l-eżami ta’ Mejju 2015

“L-iskop ta’ dawn ir-rapporti (inkluż dan) huwa li jiftaħ għajnejn l-għalliema u jservi ta’ gwida għall-istudenti li jridu jġibu grad tajjeb fil-Malti f’dan il-livell.”

Agħfas hawn u aqra r-rapport

Posted in Uncategorized | Leave a comment