Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti (Livell 5 – MQF)

kors-fil-kitba-tal-malti

Jekk tixtieq tirfina l-kitba tiegħek, dan hu l-kors tal-Malti li ilek tistenna.

Fi Frar li ġej, id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta u l-Kunsill Nazzjonali talIlsien Malti se jiftħu t-tnax-il kors fil-qari tal-provi bil-Malti f’Malta. L-istess kors hu offrut ukoll f’Għawdex wara s-suċċess tat-tielet kors li nfetaħ għall-Għawdxin.

Il-kors, ta’ Livell 5 (MQF), hu twil sena (Frar 2017 – Jannar 2018) u l-lezzjonijiet tiegħu jsiru darbtejn fil-ġimgħa:

F’Malta: l-Università (l-Imsida), nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis, mill-5.30pm sat-8.30pm. Dan il-kors universitarju tal-Malti, fost l-oħrajn, jgħinek tirrevedi l-grammatika, ilpunteġġjatura u l-ortografija biex tirfina l-kitba tiegħek u jagħtik ukoll iċ-ċans tiddiskuti u tifhem aħjar ir-regoli uffiċjali tal-kitba. Għal dan il-għan jinkludi kemm taħriġ filkorrezzjoni tal-Malti b’siltiet stampati, kif ukoll sessjonijiet prattiċi ta’ tiswija tal-Malti bil-kompjuter.

F’Għawdex: l-Università (ix-Xewkija), nhar ta’ Ġimgħa mill-5pm sad-9pm u nhar ta’ Sibt mit-8.00am sa 12.00pm. Il-kors jiftaħ f’Għawdex għar-raba’ darba jekk jintlaħaq innumru minimu ta’ applikanti eliġibbli. Għalhekk, l-Għawdxin huma mħeġġin biex jaħtfu din l-opportunità li jsegwu l-kors f’Għawdex stess, u japplikaw.

Huwa kors imfittex ħafna minn dawk kollha li jużaw il-Malti f’xogħolhom u filpubblikazzjonijiet, bħalma huma l-impjegati tas-settur pubbliku, bħall-ħaddiema taddipartimenti tal-gvern, il-kunsilli lokali, is-segretarji tal-iskejjel, l-għalliema tal-Malti u ta’ suġġetti oħra, kif ukoll l-impjegati tas-settur privat, bħal dawk li jaħdmu f’kumpaniji, banek u aġenziji tal-assigurazzjoni fejn jintuża l-Malti miktub, dawk li jaħdmu fil-parroċċi, fl-istamperiji, kif ukoll il-ġurnalisti u x-xandara (gazzetti, internet u televiżjoni), l-awturi u l-pubblikaturi, it-tradutturi, u kull min jixtieq jikteb il-Malti b’aktar kunfidenza.

L-applikazzjonijiet fetħu diġà u jibqgħu jintlaqgħu sal-Ġimgħa, 13 ta’ Jannar 2017. Ilformola tal-applikazzjoni timtela u tintbagħat mis-sit tal-Università.

Tagħrif ieħor fuq dan il-kors u fuq l-applikazzjoni ssibu mis-sit tal-Kunsill tal-Malti http://www.kunsilltalmalti.gov.mt  jew minn dan is-sit: http://www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqp F’każ li jkollok xi mistoqsija, ikteb fl-indirizz provi-malti.arts@um.edu.mt

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Stqarrija mill-għalliema tal-Malti dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Aħna nemmnu li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti huwa punt ta’ referenza importanti għall-għalliema gradwati fil-Malti. Dan minħabba li l-Kunsill, magħmul minn maġġoranza ta’ persuni kkwalifikati fil-Malti, joffri soluzzjonijiet infurmati għal għadd ta’ diffikultajiet li niltaqgħu magħhom f’xogħolna wara li jagħmel konsultazzjoni wiesgħa.

Il-Kunsill qeda dan l-irwol b’mod konsistenti għall-aħħar għaxar snin. F’termini prattiċi, dan ifisser li minn sena għall-oħra seta’ jkun hemm qbil fl-ortografija mgħallma lill-istudenti minħabba li l-għalliema setgħu jirreferu għall-istess linji gwida. B’kuntrast, qabel it-twaqqif tal-Kunsill l-istudenti setgħu jiġu mgħallma varjant ortografiku f’sena, u ieħor is-sena ta’ wara, ħaġa li kienet toħloq frustrazzjoni kbira fost l-għalliema, l-istudenti, u l-ġenituri tagħhom.

Għal din ir-raġuni nemmnu li l-Kunsill għandu jibqa’ magħmul minn maġġoranza ta’ persuni kwalifikati sew fil-qasam tal-Malti. B’hekk nistgħu nserrħu moħħna li fost l-oħrajn ikollna punt ta’ referenza kompetenti fil-kitba ta’ kliem ta’ nisel Ingliż, bħalma kellna punt ta’ referenza fil-kitba tal-varjanti ppreżentati f’Deċiżjonijiet 1. Nemmnu li din id-deċiżjoni tkun fl-interess tal-iżvilupp ta’ lsienna, tagħna bħala edukaturi, tal-istudenti, u tal-ġenituri tagħhom.

ISEM U KUNJOM                 NRU TAL-IDENTITÀ

Paul Abdilla                                       96081M

Deandra Abela                                  149188M

Deborah Abela                                 173293M

Theresa Abdilla                                174794M

Maria Abela                                       74970M

Beverly Agius                                   237993M

David Agius Muscat                         498676M

David Aloisio                                     289779M

Keith Attard                                       543790m

Dr Joseph Axiaq                              330768M

Clare Azzopardi                               384777M

Keith (Kit) Azzopardi                       291091M

Dorianne Bartolo                              341193M

Dorothy Bezzina                              520286M

Maria Bonanno                                166092M

Dr Stephen Bonanno                      335763M

Dorianne Bonello                             157093M

Audrey Borg                                      322977M

Joseph P. Borg                                 265464M

Annalisa Camilleri                           351989M

Dr Mario Cassar                               474962M

Rebecca D’Agostino                         565882M

Dwayne Ellul                                    532087M

Leanne Ellul                                     472289M

Sarah Ellul                                        185486M

Maria Farrugia                                 54692M

Claudia Gauci                                  464576M

Francesco Grech                             39692G

Sr Clara Pirotta                                 19283M

Bertram Portelli                                421288M

Deborah Pullicino                            508990M

Ann Marie Schembri                       225182M

Maria Simiana                                  374390M

Justine Somerville                           373892M

Oriana Spiteri                                   353383M

Amanda Tanti                                   324287M

Jacqueline Tonna                            606782M

Joseph Vella                                     139967M

Raisa Xuereb                                    136191M

Claire Zerafa                                     497476M

Jekk int għalliem u taqbel ma’ din l-istqarrija tista’ tniżżel ismek, kunjomok u n-nru tal-karta tal-identità fil-kummenti t’hawn taħt u ndaħħluk fil-lista.

Posted in Uncategorized | 8 Comments

Favur Kunsill tal-Malti b’sisien akkademiċi sodi

Stqarrija mill-istituzzjonijiet u l-għaqdiet li jaħdmu favur l-iżvilupp tal-ilsien Malti

Fl-aħħar ta’ din is-sena, aħna, bħala s-sitt istituzzjonijiet u għaqdiet ewlenin li jaħdmu favur l-iżvilupp tal-Malti, nixtiequ nirringrazzjaw lill-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti tad-dedikazzjoni tagħhom u tal-ħidma professjonali li wettqu favur l-ilsien nazzjonali tagħna.

Il-ħidma tal-Kunsill kienet mifruxa fuq bosta oqsma bil-għan li tħalli l-frott tagħha fit-tul. Ngħidu aħna, flimkien mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università, il-Kunsill issa ilu ħdax-il sena jmexxi kors universitarju tal-qari tal-provi u minnu ħarġu mal-400 ruħ imħarrġin sewwa f’dan il-qasam. Barra minn hekk, il-Kunsill ħadem fuq l-iżvilupp tal-Malti f’oqsma meħtieġa, bħal fil-każ tal-kotba tal-ġeografija u t-terminoloġija fl-isport. Ħadem ukoll, fost l-oħrajn, biex ikollna sinjali bil-Malti u bl-Ingliż fit-toroq, fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija tal-Isptar Mater Dei, u fit-trasport pubbliku.

Ħafna mix-xogħol tal-Kunsill sar id f’id ma’ istituzzjonijiet oħra bħall-Akkademja, id-Dipartiment tal-Malti fl-Università, u d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, u jirrifletti l-armonija li teżisti bejn l-organizzazzjonijiet li jaħdmu għat-tisħiħ tal-Malti. Il-pubblikazzjoni tad-Damma ta’ Agius de Soldanis hija eżempju tajjeb ta’ din il-ħidma kollaborattiva. Minbarra konsultazzjoni kontinwa mal-pubbliku, saret ukoll ħafna konsultazzjoni speċjalizzata mal-esperti mhux lingwistiċi ta’ ċerti oqsma, bħall-għalliema tal-ġeografija u t-tobba.

Nirringrazzjaw lill-Kunsill ukoll tax-xogħol li sar matul dawn l-aħħar snin permezz tas-sottokumitat maħtur biex jistudja l-kitba tal-kliem Ingliż fil-Malti, biex il-lingwa tagħna jkollha sistema serja ta’ kif tikteb il-kliem li dieħel fil-Malti mill-Ingliż. Il-Kunsill mexa b’kawtela u wera li l-istudjużi ewlenin tal-Malti kapaċi joħorġu b’soluzzjonijiet konkreti wara riċerka professjonali u konsultazzjoni kontinwa mal-pubbliku. Id-deċiżjonijiet li wasal għalihom il-Kunsill ma jirrepetux l-iżbalji li saru fl-imgħoddi, meta l-Kunsill kien għadu ma jeżistix.

L-għalliema, il-ġurnalisti, ix-xandara, il-kittieba, il-pubblikaturi, it-tradutturi, u l-poplu inġenerali issa jistgħu jserrħu rashom li fejn jidħol dan il-kliem issa għandhom quddiemhom deċiżjonijiet mibnijin fuq riċerka serja dwar il-fenomeni lingwistiċi f’Malta u l-esperjenza ta’ fenomeni simili barra minn Malta, u fuq konsultazzjoni pubblika wiesgħa u fil-miftuħ.

Dawn id-deċiżjonijiet intlaqgħu tajjeb minn dawk li ħadu sehem fl-aħħar seminar pubbliku dwar dan is-suġġett organizzat mill-Kunsill. Ladarba ngħalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni, nitolbu li dawn id-deċiżjonijiet finali jiġu ppubblikati kemm jista’ jkun malajr biex jitwarrbu l-inċertezzi.

Fl-istess ħin, nitolbu lill-Ministru għall-Edukazzjoni biex, kif titlob il-Liġi tal-Malti, il-Kunsill ikollu ċ-Ċentru Nazzjonali tal-Ilsien Malti, post diċenti bħalma għandhom kunsilli nazzjonali oħrajn f’oqsma differenti f’pajjiżna. L-uffiċċju tal-Kunsill irid ikollu l-professjonisti impjegati miegħu biex ikun jista’ jifrex il-ħidma tiegħu.

Issa li għalaq it-terminu tal-Kunsill preżenti, inħeġġu lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex jaħtar Kunsill ġdid, kif titlob il-Liġi, magħmul minn esperti tal-Ilsien Malti u minn rappreżentanti ta’ oqsma li qed jaħdmu direttament fl-iżvilupp professjonali tal-Malti. Meta twaqqaf il-Kunsill tal-Malti fl-2005 b’vot unanimu fil-Parlament, din kienet l-istruttura li kien qabel fuqha kulħadd u li wriet is-siwi tagħha bil-provi.

Il-Kunsill wettaq il-ħidma tiegħu bi professjonalità u b’kolleġġjalità għax ħadem b’serjetà akkademika. Aħna nistennew li l-Ministru jara li din is-serjetà tinżamm meta jaħtar il-membri l-ġodda. Il-Kunsill il-ġdid irid ikollu maġġoranza ċara ta’ esperti tal-ilsien Malti u kapijiet tal-Kumitati Tekniċi nnominati mill-istituzzjonijiet li jissemmew fil-Liġi.

Id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta

Id-Dipartiment tal-Malti tal-Junior College

L-Istitut tal-Lingwistika fl-Università

L-Għaqda tal-Malti – Università

L-Għaqda tal-Qarrejja tal-Provi

L-Akkademja tal-Malti

Posted in Uncategorized | Leave a comment