Jekk tixtieq tirfina l-kitba tiegħek, dan hu l-kors tal-Malti li ilek tistenna.
Fi Frar li ġej, id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta u l-Kunsill Nazzjonali talIlsien Malti se jiftħu t-tnax-il kors fil-qari tal-provi bil-Malti f’Malta. L-istess kors hu offrut ukoll f’Għawdex wara s-suċċess tat-tielet kors li nfetaħ għall-Għawdxin.
Il-kors, ta’ Livell 5 (MQF), hu twil sena (Frar 2017 – Jannar 2018) u l-lezzjonijiet tiegħu jsiru darbtejn fil-ġimgħa:
F’Malta: l-Università (l-Imsida), nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis, mill-5.30pm sat-8.30pm. Dan il-kors universitarju tal-Malti, fost l-oħrajn, jgħinek tirrevedi l-grammatika, ilpunteġġjatura u l-ortografija biex tirfina l-kitba tiegħek u jagħtik ukoll iċ-ċans tiddiskuti u tifhem aħjar ir-regoli uffiċjali tal-kitba. Għal dan il-għan jinkludi kemm taħriġ filkorrezzjoni tal-Malti b’siltiet stampati, kif ukoll sessjonijiet prattiċi ta’ tiswija tal-Malti bil-kompjuter.
F’Għawdex: l-Università (ix-Xewkija), nhar ta’ Ġimgħa mill-5pm sad-9pm u nhar ta’ Sibt mit-8.00am sa 12.00pm. Il-kors jiftaħ f’Għawdex għar-raba’ darba jekk jintlaħaq innumru minimu ta’ applikanti eliġibbli. Għalhekk, l-Għawdxin huma mħeġġin biex jaħtfu din l-opportunità li jsegwu l-kors f’Għawdex stess, u japplikaw.
Huwa kors imfittex ħafna minn dawk kollha li jużaw il-Malti f’xogħolhom u filpubblikazzjonijiet, bħalma huma l-impjegati tas-settur pubbliku, bħall-ħaddiema taddipartimenti tal-gvern, il-kunsilli lokali, is-segretarji tal-iskejjel, l-għalliema tal-Malti u ta’ suġġetti oħra, kif ukoll l-impjegati tas-settur privat, bħal dawk li jaħdmu f’kumpaniji, banek u aġenziji tal-assigurazzjoni fejn jintuża l-Malti miktub, dawk li jaħdmu fil-parroċċi, fl-istamperiji, kif ukoll il-ġurnalisti u x-xandara (gazzetti, internet u televiżjoni), l-awturi u l-pubblikaturi, it-tradutturi, u kull min jixtieq jikteb il-Malti b’aktar kunfidenza.
L-applikazzjonijiet fetħu diġà u jibqgħu jintlaqgħu sal-Ġimgħa, 13 ta’ Jannar 2017. Ilformola tal-applikazzjoni timtela u tintbagħat mis-sit tal-Università.
Tagħrif ieħor fuq dan il-kors u fuq l-applikazzjoni ssibu mis-sit tal-Kunsill tal-Malti http://www.kunsilltalmalti.gov.mt jew minn dan is-sit: http://www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqp F’każ li jkollok xi mistoqsija, ikteb fl-indirizz provi-malti.arts@um.edu.mt