Statistika tas-sit
- 1,657,598 żjara
Niktbu Malti Aġġornat
ĦOLOQ
Edukaturi Kontributuri
Maria Abela
Claudia Agius
Claudette Aquilina
Keith Attard
Kit Azzopardi
Dorianne Bartolo
Anne Marie Bonnici
Oriana Bonnici
Audrey Borg
Donna Borg
Marilyn Borg
Sephora Borg
Steven Borg
MaryAnn Bugeja
Mauro Camilleri
Saoirse Casha
Doreen Coleiro
Phyllis Debono
Elizabeth Dimech Ghirxi
Charlene Ellul
Janine Ellul
Leanne Ellul
Sarah Ellul
Stefano Farrugia
Marquita Galea
Paul Galea
Wilma Galea
Marisa Gatt
Francesco Grech
Carlston Grima
Ramona Magro
Marica Micallef
Sharon Micallef Cann
Carmen Mifsud
Lilian Mizzi
Brandon Muscat Dougall
Bertram Portelli
Deborah Pullicino
Victor Said
Victoria Saliba Xuereb
Maris Sant
Rachel Saydon
Ann Marie Schembri
Sharon Scerri
Romario Sciberras
Kurt Slattery
Oriana Spiteri
Marienza Spiteri
Amanda Tanti
Elena Tanti Gregoraci
Jacqueline Tonna
Clint Xuereb
Nevisse Zammit Micallef
Claire ZerafaIl-Kurrikulu
Siti ta’ awturi Maltin
-

Il-karta tal-eżami
(għall-għalliema)
It-tfassil
Il-validità u l-kredibilità
Iċ-ċekkjatura biex tgħinek
. . . fit-tfassil tal-karta tal-eżami
Evalwazzjoni u suġġerimenti
Il-Karti tal-Eżamijiet tal-Ħames Sena
Il-Karti tal-Eżamijiet tar-Raba' Sena
Il-Karti tal-Eżamijiet tat-Tielet Sena
Il-Karti tal-Eżamijiet tat-Tieni Sena
Il-Karti tal-Eżamijiet tal-Ewwel SenaNiżżel dawn

Nhar it-Tlieta 26 ta’ Frar 2019, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, Rita Saliba se tagħmel taħdita li fiha tirrakkonta l-ħrejjef li rrakkontawlha fi tfulitha, bħala parti mill-proġett dwar It-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università. Kulħadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn. Il-pubbliku huwa mistieden jipparteċipa, jiftakar u jirrakkonta ħrejjef mit-tfulija.
Rita Saliba se tirrakkonta t-trobbija tagħha qalb il-ħrejjef li kienu jgħidulha: minn stejjer popolari sa oħrajn biex jgħaddulha messaġġ jew tagħlima; minn ħrejjef ta’ rġejjen u bhejjem u siġar imsaħħra. Madankollu, aktar mir-rakkont innifsu, se turi kif dawn l-istejjer baqgħu jduru ġo rasha anki wara li spiċċat l-istorja.
Rita Saliba se tispjega kif fihom sabet kultura ta’ komunità, ta’ biżgħat fi żmien ta’ bombardamenti mill-ajru u ta’ dak li tistħajjel tifla fid-dinja reali. F’din it-taħdita se joħorġu wkoll xi varjanti ta’ rakkuntar popolari permezz ta’ xhieda ħajja mir-raħal li trabbiet fih Saliba, l-Imqabba.
Rita Saliba hija kittieba magħrufa għal-letteratura għat-tfal u għall-adolexxenti. Madankollu, tħobb tikteb ukoll għall-adulti.
Hija rebħet il-Konkors Nazzjonali ta’ kitba għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti tliet darbiet bir-rumanzi tagħha Inżul ix-Xemx (2011), Bella Berger (2013) u Il-Kulur tal-lellux (2016). Ħarġet l-ewwel ġabra ta’ novelli tagħha, Satin, fl-2014 (innominat għall-Premju tal-Ktieb). Ġabra oħra ta’ novelli, Damask, ħarġet fis-sajf tal-2017, u l-aħħar ġabra tagħha ta’ novelli għall-adulti, Ħjut ħarġet fl-2018. Dan l-aħħar ħarġu wkoll l-ewwel tliet kotba mis-sensiela dwar karattru simpatku, Gabrijel irid misluta, Gabrijel u t-tikek u Il-flokk tar-rokit (2018).
Saliba rebħet it-tieni premju fil-kategorija Poeżiji bl-Ingliż u kisbet ir-raba’ post fil-kategorija Poeżiji bil-Malti, f’konkors imniedi mill-Għaqda Poeti Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-festival tal-ktieb tal-2018.
Posted in Uncategorized
Leave a comment
Laqgħa dwar id-Deċiżjonijiet 2

It-Tlieta, 12 ta’ Frar, saret laqgħa dwar ir-regoli l-ġodda fuq il-kitba tal-kliem mill-Ingliż fil-Malti, fir-Refettorju, il-Kurja. Għal din il-laqgħa attendew diversi ħaddiema mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, għalliema mill-primarja u s-sekondarja u membri minn diversi amministrazzjonijiet ta’ skejjel tal-Knisja.
Dr Farrugia wera l-proċess twil li għadda minnu l-kumitat maħtur mill-Kunsill Nazzjonali għall-Ilsien Malti biex wasal għad-Deċiżjonijiet. Hu ppreżenta d-dilemmi u l-isfidi li ltaqgħu magħhom il-membri tal-kumitat biex fl-aħħar ittieħdu d-Deċiżjonijiet. L-udjenza tat il-kontribut tagħha b’mistoqsijiet dwar kif dawn id-deċiżjonijiet se jħallu impatt fuq it-tagħlim tal-istudenti, speċjalment dawk żgħar. Is-Sur Thomas Pace, id-Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill ħeġġeġ lill-għalliema preżenti biex l-għalliema ta’ kull skola jingħaqdu u jiddeċiedu liema kliem se jintuża mat-tfal biex ikun hemm konsistenza u lit-tfal nippreżentawlhom ukoll il-possibbiltajiet li joffru dawn id-Deċiżjonijiet.
Fr Charles Mallia, id-Delegat tal-Arċisqof fi ħdan is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, attenda din il-laqgħa u apprezza l-ħidma tal-Kunsill biex id-Deċiżjonijiet 2 jitwasslu fl-iskejjel tal-Knisja. Fl-aħħar tal-laqgħa tqassam ir-rapport bid-Deċiżjonijiet. Aktar ‘il quddiem se tiġi organizzata laqgħa oħra bħal din.
Aqra r-rapport sħiħ finali uffiċjali
Aqra r-rapport qasir bil-punti ġenerali
Aqra t-tabella skematika bil-passi prinċipali
Posted in Uncategorized
Leave a comment