Author Archives: maltikurja

Gwida dwar il-komponiment letterarju għall-eżami taċ-ĊES – Mejju 2013

Din hija l-aħħar sena bl-antoloġija Qawsalla. Dr Adrian Grima silet il-punti ewlenin mir-rapporti tal-eżaminaturi taċ-ĊES dwar il-komponiment letterarju. Il-qofol tal-preżentazzjoni huwa s-suġġerimenti għat-tfassil ta’ komponiment letterarju dwar kull waħda mill-ħames temi. Awguri lill-istudenti kollha tal-Ħames Sena! Il-Komponiment Letterarju taċ-ĊES – … Continue reading

Posted in Avviżi | Comments Off on Gwida dwar il-komponiment letterarju għall-eżami taċ-ĊES – Mejju 2013

Rapport fuq l-Eżamijiet tal-Ħames Sena

Ta’ kull sena, aħna l-Kapijiet tad-Dipartiment qed nintalbu nagħtu titwila tajba lill-karti tal-eżamijiet ta’ xi sena partikulari. Jintgħażlu tliet skejjel bix-xorti – kull sena differenti – u noħorġu rapport individwali bil-miktub fuq dawn it-tliet karti. Imbagħad nagħtu ħarsa ’l-karti tal-iskejjel … Continue reading

Posted in Avviżi, Kuntatt mal-għalliema | Leave a comment

Blogg għall-kitbiet tat-tfal

Nifirħu lill-għalliema Deandra Agius li ħolqot blogg sabiħ bil-kitbiet tal-istudenti tal-Ewwel u t-Tieni Sena tal-Iskola Sekondarja St Dorothy f’Ħaż-Żebbuġ. Il-blogg tistgħu tidħlu fih minn hawn.   U inti għandek xi sit jew blogg simili għall-istudenti tiegħek? Ibagħtilna l-indirizz tiegħu u aħna … Continue reading

Posted in Avviżi, Riżorsi | Leave a comment