L-Għanjiet tal-Milied

Nhar it-Tlieta, 11 ta’ Diċembru 2018, fis-6.00pm, Francesca Attard se tagħmel taħdita fis-sensiela dwar It-Tradizzjoni Orali​ bit-tema, “L-Għanjiet tal-Milied.” Din it-taħdita, organizzata mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università, hija miftuħa għal kulħadd u se ssir fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fil-bini tal-Università ta’ Malta f’Tal-Qroqq.

Mal-wasla tax-xahar ta’ Diċembru l-atmosfera tieħu xejra ċelebrattiva, u fost it-tlellix u t-tiżjin li jiġi armat jibdew jinstemgħu wkoll l-għanjiet tal-Milied. Sa minn żmien ilu, il-poplu Malti qies l-għanjiet bħala parti intrinsika mill-kuntest festeġġjanti tal-Milied tiegħu, u għalhekk ra kif ħoloq, ikkompona jew issellef lirika u melodiji li setgħu jitkantaw u jiġu miftakra faċilment. Għaliex minkejja li llum l-għanjiet ġew stampati, l-eżistenza tagħhom iddependiet fuq l-eżekuzzjoni orali, mirfuda minn tekniki mnemoniċi.

Permezz ta’ dawn l-għanjiet, il-widna tal-poplu Malti bdiet tidra, fost l-oħrajn, il-kwartina tal-ottonarji, l-iskemi regolari tar-rima, id-damma ta’ motifi ħfief li jirriflettu tagħlim reliġjuż, u l-frażarju elementari li, minkejja li ma kienx jitbiegħed wisq mit-taħdit komuni, kiseb sens ġdid ta’ mużikalità, bl-għan ewlieni ta’ divertiment popolaresk.

Minn din ir-riċerka tqanqlu mistoqsijiet dwar liema xejriet poetiċi sempliċi l-aktar li jaqdu lis-sentiment reliġjuż, u liema tekniki huma l-iktar siewja għall-vuċi u għall-memorja kollettiva, f’kuntrast ma’ tekniki oħra li jaqduna aħjar fejn tidħol il-kelma jew il-poeżija stampata.

Mistoqsijiet oħra li tqajmu jittrattaw l-oriġni tal-kontenut u l-mużikalità tal-għanjiet, u hawn inħolqu argumenti dwar is-sehem ta’ ħiliet oħra fil-produzzjoni tal-għanjiet, bħas-self ta’ melodiji minn kulturi differenti, il-ħila fit-traduzzjoni, u l-varjanti.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Ħalli messaġġ

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.