Il-Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti (MQF Livell 5) f’Malta u Għawdex

Jekk tixtieq ittejjeb il-kitba tiegħek bil-Malti, dan il-kors maqtugħ għalik!

Fi Frar li ġej, id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti se jiftħu t-tlettax-il kors fil-qari tal-provi bil-Malti f’Malta. L-istess kors se jkun offrut ukoll f’Għawdex għall-Għawdxin u jiftaħ għall-ħames darba fix-Xewkija, jekk jintlaħaq in-numru minimu ta’ applikanti eliġibbli. Għalhekk, l-Għawdxin huma mħeġġin jaħtfu din l-opportunità li jsegwu l-kors f’Għawdex stess, u japplikaw.

Dan il-kors universitarju ta’ Livell 5 (MQF), hu twil sena (Frar 2018 – Jannar 2019) u l-lezzjonijiettiegħu jsiru darbtejn fil-ġimgħa. Il-kors jgħin, fost l-oħrajn, sabiex wieħed jirrevedi l-grammatika, il-punteġġjatura u l-ortografija, sabiex jirfina l-kitba filwaqt li jagħti ċ-ċans ta’ diskussjoni u fehim aħjar tar-regoli uffiċjali tal-kitba tal-Malti. Għal dan il-għan jinkludi kemm taħriġ fil-korrezzjoni tal-Malti b’siltiet stampati, kif ukoll sessjonijiet prattiċi ta’ tiswija tal-Malti bil-kompjuter. Huwa kors imfittex ħafna minn dawk li jużaw il-Malti f’xogħolhom u fil-pubblikazzjonijiet, bħall-impjegati tas-settur pubbliku fid-dipartimenti tal-gvern u l-kunsilli lokali, l-impjegati tal-iskejjel u l-għalliema li jgħallmu l-Malti jew suġġetti oħrajn bil-Malti, kif ukoll l-impjegati tas-settur privat, bħal dawk li jaħdmu f’kumpaniji, banek u aġenziji li jużaw il-Malti miktub, dawk li
jaħdmu fil-parroċċi, ġurnalisti u xandara, u kull min jixtieq jikteb il-Malti b’aktar kunfidenza.

L-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sal-Ġimgħa, 12 ta’ Jannar 2018. Il-formola
tal-applikazzjoni timtela u tintbagħat mis-sit tal-Università. Tagħrif ieħor fuq il-kors u
l-applikazzjoni ssibu mis-sit tal-Kunsill tal-Malti http://www.kunsilltalmalti.gov.mt jew mis-sit:
http://www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqp

F’każ li jkollok xi mistoqsija, ikteb fl-indirizz provi-malti.arts@um.edu.mt.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Ħalli messaġġ

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.