anadiplosi

Posted in Uncategorized | Leave a comment

ironija u sarkażmu ironija sarkażmu

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Konkors Nazzjonali ta’ Poeżija għat-tfal 2016

Konkors organizzat mill-Għaqda Poeti Maltin.

Regolamenti

1. L-istudenti parteċipanti jridu jkunu ta’ età ta’ bejn id-disgħa u l-ħdax-il sena (Year 5 – Form 1).

2. Il-poeżiji jistgħu jkunu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u s-suġġett huwa wieħed liberu.

3. Kull konkorrent irid jibgħat tliet kopji separati ta’ kull poeżija li jibgħat (mhux aktar minn tliet poeżiji kull persuna) f’dan l-indirizz: Charles Mifsud, 51, “Caris” Triq F Zahra, Birkirkara BKR 1782.

4. Ma’ kull poeżija jinħtieġ li jidhru b’mod ċar l-isem u l-kunjom, l-età tal-konkorrent, l-indirizz residenzjali, numru tat-telefown/mowbajl, flimkien mal-isem tal-iskola fejn jattenti/tattendi.

5. Kull poeżija ma tridx tkun itwal minn tletin (30) vers.

6. Data tal-għeluq tkun il-ħmistax ta’ April 2016. Wara din id-data ma jiġux aċċettati poeżiji oħra.

7. Kull poeżija trid tkun mibgħuta fuq karti A4 jew A5 u miktubin kemm jista’ jkun b’mod ċar

8. Jingħataw tliet premjijiet, l-ewwel, it-tieni u t-tielet u jistgħu jingħataw premijiet lil dawk li jissemmew b’ġieħ mill-ġurija.

9. Ċertifikati u diplomi jingħataw biss lir-rebbieħa u lil dawk li jissemmew b’ġieħ.

10.Kull deċiżjoni tal-ġurija hija finali u inappellabbli.

Posted in Uncategorized | Leave a comment