Category Archives: Avviżi

Blogg għall-kitbiet tat-tfal

Nifirħu lill-għalliema Deandra Agius li ħolqot blogg sabiħ bil-kitbiet tal-istudenti tal-Ewwel u t-Tieni Sena tal-Iskola Sekondarja St Dorothy f’Ħaż-Żebbuġ. Il-blogg tistgħu tidħlu fih minn hawn.   U inti għandek xi sit jew blogg simili għall-istudenti tiegħek? Ibagħtilna l-indirizz tiegħu u aħna … Continue reading

Posted in Avviżi, Riżorsi | Leave a comment

Ħrejjef u leġġendi Maltin

Nifirħu lill-istudenti Kristina Briffa, Yanica Caruana, Denise Sant u Lara Vassallo mill-Ħames Sena tal-Iskola Sekondarja St Joseph ta’ Tas-Sliema għal din il-preżentazzjoni sabiħa fuq il-ħrejjef u l-leġġendi Maltin li għoġobhom jgħaddulna biex naqsmuha mal-għalliema u l-istudenti tal-Malti. Inħeġġu aktar għalliema … Continue reading

Posted in Avviżi, Riżorsi | Leave a comment

Attivitajiet b’risq de Soldanis

Dis-sena jaħbat it-300 anniversarju mit-twelid tal-Kanonku Ġan Piet Franġisk Agius de Soldanis (1712-1770). Kien l-ewwel wieħed li xandar kemm felaħ fuq l-ilsien Malti u kiteb fuq l-istorja, ir-reliġjon u l-kultura tal-Maltin. Il-wirja Bħalissa għaddejja wirja fuqu l-Bibljoteka Nazzjonali, il-Belt. Id-dati tal-wirja … Continue reading

Posted in Attivitajiet, Avviżi | Leave a comment