Tislima lil Mario Azzopardi

Id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika jsellem lil Mario Azzopardi li miet nhar il-11 ta’ Marzu 2022.

Mario Azzopardi dejjem ta l-appoġġ u s-sostenn tiegħu lill-għalliema tal-Malti fl-iskejjel tal-Knisja billi jaċċetta l-istediniet biex iżur l-iskejjel u jkellem lill-istudenti. Fis-7 ta’ Diċembru 2011, f’sessjoni għall-għalliema, kien intervistat minn Anna Zammit dwar “Refuġjata”, poeżija magħżula għas-sillabu taċ-ĊES fl-antoloġija Bejn Ħaltejn.

Id-Dipartiment jesprimi s-sogħba għal din it-telfa u jagħti l-kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb tiegħu.

This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Ħalli messaġġ

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.