Hekk kif l-MUT qiegħda tipprepara l-ħruġ mill-ġdid tar-rivista Sagħtar, bi pjaċir qed tħabbar proġett ġdid marbut ma’ din ir-rivista. Dan hu pjattaforma diġitali li tinsab fis-sit saghtar.org.mt u fiha wieħed jista’ jaċċessa l-edizzjonijiet passati tar-rivista f’forma diġitali. Dawn huma aċċessibbli għal kulħadd meta wieħed jissieħeb bħala membru tal-Fondazzjoni fis-sit saghtar.org.mt. Dan il-proċess huwa bla ħlas.
Aktar informazzjoni ssibuha fis-sit saghtar.org.mt u fil-paġna ta’ Facebook facebook.com/saghtar. Dan il-proġett qiegħed jitwettaq mill-Fondazzjoni Sagħtar fi ħdan il-Malta Union of Teachers.