Rapport u Ċekkjatura

Dalwaqt jasal iż-żmien biex infasslu l-karti tal-eżamijiet ta’ nofs is-sena. Dan l-aħħar għamilna eżerċizzju ta’ analiżi u evalwazzjoni tal-karti tat-tielet sena minn diversi skejjel tal-Knisja u ħriġna rapport ġenerali.

Min jixtieq jaqrah jista’ jniżżlu mill-ġenb (fuq il-lemin). Minbarra r-rapport ħdimna wkoll ċekkjatura, li użajna aħna stess biex evalwajna aspetti marbutin mat-tqassim u l-għażla tal-items. Jekk tridu, tistgħu tużawha wara t-tfassil tal-karta u tiċċekkjaw ix-xogħol tagħkom stess.

Fil-verità, biex tkunu ċerti li l-karta għandna livell għoli ta’ validità, tridu tfassluha bit-tabella ta’ speċifikazzjoni. Iżda dwar dan se nħallu f’idejkom. Min jixtieq ikun jaf aktar jista’ jikkuntattjana u aħna noffru l-għajnuna bil-qalb kollha.

This entry was posted in Avviżi. Bookmark the permalink.