300 sena mit-twelid ta’ de Soldanis

Posted in Attivitajiet, Avviżi, Riżorsi | Leave a comment

It-Tqassim tal-Antoloġija ‘Bejn Ħaltejn’

Għeżież għalliema,

Hawn taħt qed noffrulkom mudell ta’ kif tistgħu tqassmu t-tagħlim tax-xogħlijiet letterarji mill-antoloġija Bejn Ħaltejn.

IR-RABA’ SENA
• ir-rumanz Il-Ħarsa ta’ Rużann
• 9 poeżiji – tlieta kull term
• 6 novelli – tnejn kull term

IL-ĦAMES SENA
• 5 poeżiji u 4 novelli – isiru kollha fl-ewwel term

It-tqassim dettaljat bit-titli tax-xogħlijiet issibu hawn:
IR-RABA’ SENA    |    IL-ĦAMES SENA

Posted in Avviżi, Riżorsi | Leave a comment

Punti mil-laqgħa

Għal min ma setax ikun magħna għal-laqgħa li organizzajna fuq is-sillabu l-ġdid tal-letteratura (ĊES 2014) ħsibna li niġbru l-aktar punti importanti li ħarġu f’dokument wieħed biex inżommu lilkom l-għalliema tal-Malti dejjem aġġornati bil-ħidma tagħna.

Nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk kollha li attendew għal-laqgħa għall-interess u s-sehem tagħhom. Ħajr ukoll lill-kelliema li kellna, Dr Marco Galea, Prof. Charles Briffa u uffiċjali oħra mill-Uffiċċju tal-Matsec.

Tistgħu tniżżlu t-tagħrif kollu minn hawnhekk.

Inżommukom infurmati dwar meta nkunu se nerġgħu niltaqgħu. Il-ħidma t-tajba!

Posted in Kuntatt mal-għalliema | Leave a comment