“Bobot – Il-Malti bl-Intelliġenza Artifiċjali” hija app li toffri kors interattiv fil-Malti, speċjalment għall-istudenti fl-aħħar snin tal-primarja.
L-Intelliġenza Artifiċjali (AI) tillivella l-mistoqsijiet u tgħaddi minn waħda għall-oħra skont il-progress ta’ min jużaha. Dan jagħmel l-app tal-ewwel tax-xorta tagħha, bl-użu tal-AI fil-Malti.
Din l-app ġiet imħejjija permezz ta’ fondi miksuba bl-iskema VOPS amministrata mill-Malta Council for the Voluntary Sector f’isem il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.
Produzzjoni – Fondazzjoni Sagħtar Qari – Laura Formosa Filmat – Keith Mizzi, Vanessa Mizzi
L-app titniżżel b’xejn:
Google Play: https://bit.ly/3G3QaLE
App Store: https://bit.ly/44aUDnQ
