Konferenza f’għeluq il-100 sena mit-Tagħrif

F’għeluq il-100 sena mill-pubblikazzjoni tat-Tagħrif fuq il-Kitba Maltija, l-Akkademja tal-Malti stiednet numru ta’ kelliema biex jgħaddulna l-fehmiet tagħhom dwar dan il-manwal importanti li fuqu hi msejsa l-ortografija Maltija.

L-interventi tal-kelliema se jiffokaw fuq aspetti differenti marbuta mat-Tagħrif, mill-ħarsa storika li wasslet għall-istandardizzar tal-kitba bil-Malti, sal-prinċipji ewlenin li fuqhom inbnew ir-regoli miġbura f’dan il-manwal. Se jkunu diskussi wkoll l-aġġornamenti li saru fih matul is-snin u r-reazzjonijiet li kien hemm għalihom.

Din il-Konferenza se ssir nhar is-Sibt, 30 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f’Dar il-Ħanin Samaritan, Santa Venera, mit-8.30 am sas-1.00 pm u għandha tinteressa lill-awturi, għalliema, studenti, qarrejja tal-provi, u lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-ilsien Malti.

Il-programm tal-Konferenza mehmuż. Biex tirreġistra:

 https://akkademjatalmalti.org/konferenza-fgheluq-il-100-sena-mit-taghrif-registrazzjoni/

This entry was posted in Avviżi, Ortografija. Bookmark the permalink.

Ħalli messaġġ

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.