Il-Kisbiet mit-Tagħlim

Kisbiet mis-sillabu taċ-ĊES li jridu jsiru matul id-Disa’ Sena

It-Taħdit

K1: Nuża l-lingwa biex inwassal l-informazzjoni.

K2: Nitkellem b’korrettezza u preċiżjoni, skont il-kuntest u l-udjenza.

Is-Smigħ

K3: Nisma’ test jew testi għal fehim fuq suġġetti, f’kuntesti jew sitwazzjonijiet differenti.

Il-Qari

K4: Nagħraf it-tifsira tal-kliem misjub f’test moqri

K6: Nagħraf il-funzjoni tat-test moqri skont l-iskop u l-udjenza li għalih inkiteb.

Il-Kitba

K8: Ninqeda bil-kitba biex nilħaq funzjonijiet komunikattivi varji.

K9: Inħaddem Malti tajjeb biex nikteb ġeneri differenti għal udjenza u bi skopijiet differenti..

Il-Metalingwa

K10: Inħaddem kategoriji grammatikali biex ninqeda sew bil-lingwa miktuba.

Il-Letteratura

K11: Nidentifika ġeneri differenti letterarji.

K12: Napprezza l-funzjoni tat-tema/i f’testi letterarji.

K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.

K14: Nanalizza l-elementi stilistiċi li jsawru testi letterarji.

K15: Napprezza l-poeżiji tal-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila.