Il-Kisbiet mit-Tagħlim

Kisbiet mis-sillabu taċ-ĊES li jridu jsiru matul l-Għaxar Sena

Is-Smigħ

K3: Nisma’ test jew testi għal fehim fuq suġġetti, f’kuntesti jew sitwazzjonijiet differenti.

Il-Qari

K5: Nagħraf l-istruttura, l-organizzazzjoni, u t-tekniki differenti li jħaddmu l-kittieba biex isawru ġeneru ta’ kitba.

Il-Kitba

K7:  Infassal il-kitba tiegħi skont l-istadji ewlenin tal-proċess tal-kitba.

K8: Ninqeda bil-kitba biex nilħaq funzjonijiet komunikattivi varji.

K9: Inħaddem Malti tajjeb biex nikteb ġeneri differenti għal udjenza u bi skopijiet differenti.

Il-Metalingwa

K10: Inħaddem kategoriji grammatikali biex ninqeda sew bil-lingwa miktuba.

Il-Letteratura

K11: Nidentifika ġeneri differenti letterarji.

K12: Napprezza l-funzjoni tat-tema/i f’testi letterarji.

K13: Nikkummenta b’mod kritiku fuq testi letterarji.

K14: Nanalizza l-elementi stilistiċi li jsawru testi letterarji.

K15: Napprezza l-poeżiji tal-poeta nazzjonali, Dun Karm Psaila.