Il-kanzunetti

jistgħu jkunu riżorsa tajba …

Dawl, fil-kamra ġej mill-musbieħ, id-dinja taħrab għal għonq it-triq,
U x-xemx torqod fejn ma jidhirx, fuq xtajta oħra, biex tikxef l-art mis-silġ.

Xħin terġa’ lura fejn is-smewwiet, nara pittura li kienet inħbiet,
U int kont fejni naraw flimkien, minn wara t-tieqa rajna dinja mill-bidu bdiet.

Fix-xemx, fix-xita, fil-bard u n-nida
Fix-xemx, fix-xita fil-bard u n-nida

Fjura tikber minn bejn l-irmied, il-qamar waqa’ u sar biċċiet.
Fejn tħoss il-qalb dejjem hemm l-uġigħ, li tara l-għajn huwa biss it-tmiem.

Fix-xemx, fix-xita, fil-bard u n-nida
Fix-xemx, fix-xita fil-bard u n-nida


Nifs fil-fond fis-sempliċità
moħħ magħluq ħabba din il-komunità
trab kont u trab terġa’ ssir
l-irmied huwa biss il-konfini.

Għall-intelliġenza umana
dawn it-tfal kollha ferħana,
m’għandhomx għalfejn jaraw il-futur,
l-unika ħajja hi dik tal-lum.

Kemm se ndumu nippakkjaw ftit
induru d-dinja skont l-aptit,
tfal tal-art, bla konfini
inbaħħru ‘l bogħod bl-ikbar xini.

Għal ritmu ta’ kitarra bil-mod u sod,
inwasslu dal-messaġġ b’dan il-konfront,
iżfen għar-ritmu o anġlu jtir
dan baħar blu dan kollu għalik.

Idek f’idi nduru d-dinja
b’karozzini jew tal-linja
ferrovija li ttir, xħin nixbgħu bil-mixi,
nar u silġ ingawdu l-ħajja
mostri kbar iżewqu l-ġrajja
draguni minn ta’ kull qies
ħajja waħda qalb in-nies.

U hekk toqrob qalbna weħidna fis-skiet
nurik id-dinja kollha fl-għeluq tal-wied
hawnhekk għal rasna weħidna fil-kwiet
naqsmu din il-ġibda hekk flimkien għal

Purifikazzjoni ta’ din-natura,
bla attenzjoni ma hemmx sfortuna,
għax dan huwa l-ħin, dan hu l-mument
naqsmu d-dinja hekk kuntent.

Idek f’idi nduru d-dinja
b’karozzini jew tal-linja
ferrovija li ttir, xħin nixbgħu bil-mixi,
nar u silġ ingawdu l-ħajja
mostri kbar iżewqu l-ġrajja
draguni minn ta’ kull qies
ħajja waħda qalb in-nies.