Il-poeżija fl-iskejjel

Il-poeżija hija minnha nfisha nixxiegħa nadifa tal-aħjar sentiment tal-poplu; u min jixrob minn din in-nixxiegħa jitnaddaf minn qalbu u moħħu. Basta jixrob kif għandu jixrob – mingħajr l-għaġla ta’ min irid jilħaq jagħmel ħaġa ma’ oħra. M.A. Vassalli, l-aqwa studjuż tal-Malti, aktar minn mitt sena ilu, qal li l-poeżija tagħmel ġid kbir għat-tagħlim tal-Malti għax fil-versi lingwa titħaddem ħafna fis-setgħat tagħha kollha. Biex poeżija, meta tinqara, tingħoġob u tagħmel il-ġid trid tinqara bis-sentiment u bil-kejl meqjus ritmikament. Bħall-mużika l-poeżija trid tagħraf iddoqqha, għax tinsewx li, barra s-sentiment, barra l-idea, il-poeżija għandha l-mużika tagħha wkoll. Dan qiegħed ngħidu għal dawk li jaqraw il-poeżija bla ħajja u ħaġa ta’ ġmiel jagħmluha ta’ kruha, armonija jagħmluha stunatura.

Il-valur edukattiv tal-poeżija fl-iskejjel huwa wisq akbar milli jaħsbu xi wħud. Il-poeżija jekk hi tajba tiġbor fiha (1) sentiment jew idea sabiħa u (2) ritmu li jħarreġ il-widna għall-ħlewwa. Issa r-raffinament tas-sentiment, l-iżvilupp tal-ideat, l-użu mrażżan tal-imaġinazzjoni, huma xogħlijiet li jidħol għalihom l-għalliem tal-iskejjel tal-Gverjn u l-iskejjel privati. Għal dawn, it-tagħlim ma jinġabarx fit-tħarriġ tal-memorja imma wkoll fit-tħarriġ tal-karattru li mingħajru ma jistax ikollna ċittadini tajbin għall-Gvern demokratiku.

Silta meħuda mid-daħla li kiteb Prof. Ġużè Aquilina għall-antoloġija “Ġabra ta’ Poeżija għat-Tfal” minn R. Vella Tomlin, 1952.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Ħalli messaġġ

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.