Żanżan Kelma

Bħala attività anċillari għall-Jum Ewropew tal-Lingwi f’Malta – EDL 2018, l-Għaqda tal-Malti – Università, b’kollaborazzjoni mar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, se tkun qiegħda żżanżan kelma … jew tnejn, hi u torganizza spelling bee bil-Malti għat-tieni sena konsekuttiva.

Żanżan Kelma hija parti mill-programm ta’ Spazju Kreattiv, u se tkun preżentata mid-duo maħbub, Danusan.

Tfal ta’ bejn it-8 u t-13-il sena huma mistiedna japplikaw sabiex jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni li ser issir fid-19 ta’ Settembru, bejn is-18:00 u t-20:00, fi Studjow B fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta.

Se jingħataw ukoll premjijiet lill-ewwel tliet rebbieħa ta’ kull sessjoni, mogħtija minn Merlin Publishers. Se jingħata ċertifikat lill-parteċipanti kollha.

Il-postijiet huma limitati, għalhekk, inħeġġukom tapplikaw mill-aktar fis, permezz ta’ ittre fuq ghaqdatalmalti@gmail.com jew billi tikkuntattjaw lill-Għaqda tal-Malti fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom stess.

Advertisements
This entry was posted in Uncategorized. Bookmark the permalink.

Ħalli messaġġ

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.