Dizzjunarju bil-Malti online?

Prof John SimpsonDalwaqt ikollna fostna, bħala mistieden tad-Dipartiment tal-Malti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, lill-PROF. JOHN SIMPSON li għal 20 sena sħaħ (1993-2003) kien iċ-Chief Editor tal-Oxford English Dictionary. Il-Prof. Simpson se jagħmel tliet taħditiet pubbliċi, li għalihom mistieden kulħadd:

 

It-Tnejn – 16 ta’ Marzu 6.30-8.00pm The OEDa short history of an institution
L-Erbgħa – 18 ta’ Marzu 6.30-8.00pm From paper to electronic dictionaries: is it merely a change of media?
Il-Ġimgħa – 20 ta’ Marzu 6.30-8.00pm A new dictionary of Maltese: what are the issues?

 

Kollha f’Dar l-Ewropa, 254 Triq San Pawl, il-Belt.

 

Iż-żjara ta’ akkademiku ta’ dan il-kalibru, li mexxa l-bidla kbira tal-Oxford English Dictionary mid‑dizzjunarju stampat għad-dizzjunarju online, għalina għandha tkun mhux biss għajn ta’ tagħrif imma wkoll ispirazzjoni biex il-Malti wkoll jasal biex ikollu dizzjunarju kbir tiegħu online.

Kulħadd huwa mistieden.

Posted in Uncategorized
Posted in Uncategorized

maltikurja.com fl-2014 – madwar 94,000 żjara – grazzi u prosit tal-interess!

WordPress.com iħejji rapport annwali bl-istatistika ta’ dan is-sit.

Agħfas hawn biex tara r-rapport kollu.

Posted in Uncategorized